Staġun ġdid fl-Ewropa | Partit Abba
- Stevey Ellul Bonici
- Jun 18, 2023
- 1 min read

Il-Partit ABBA jingħaqad uffiċjalment mal-Partit Ewropej 'European Christian Political Movement' - ECPM.
Dan seħħ din il-ġimgħa 16 ta Ġunju waqt il 24 Assemblea Ġenerali tal-ECPM ġewwa Pariġi, Franza.
Membri tal-Board tal-ECPM, MP's kif ukoll MEP's fi ħdan il-European Christian Political Movement (ECPM) qablu li jaħdmu flimkien ma' Partit ABBA u daħħluna membri fil-Partit ECPM.

Il-Kap tal-Partit Abba Ivan Grech Mintoff, akkumpanjat minn bosta membri ta' l-eżekuttiv iddeskriva dan il-pass bħala l-bidu tat-triq biex flimkien ma' nies serji u ta' integrità, inbiddlu l-Ewropa kif ukoll lil-pajjiżna.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Simon Elmer saħaq li l-Ewropa tal-llum tilfet kull kredibbilita u l-valuri li xi darba kienet tħaddan. Għaldaqstant il-Partit ABBA, flimkien ma' membri tal-ECPM u MEP's Ewropej, ser inkomplu naħdmu sabiex nibnu mill ġdid l-UE u Pajjiżna u ma nħallux ideologia politika qarrieqa tkompli tħassar il-ġenerazzjoni żagħżugħa preżenti u dik tal-futur.

Tania Gauci Fiorini membru ta l-eżekuttiv tal Partit ABBA u li tirrapreżenta in-nisa Maltin, qalet li dan huwa l-bidu ta' ħidma biex in-nisa Maltin ikollhom verament leħen fl-Ewropa. Leħen li jinstema' u ma tibqax issir diskriminazzjoni man-nisa f'isem l-attaparsi ugwaljanza.

David Buttigieg membru ieħor fl-eżekuttiv qed jaħdem biex is-sezzjoni żagħżagħ fil-Partit ABBA, sabiex, flimkien ma' ECPYouths, jaħdmu b'mod attiv fuq proġetti kemm Nazzjonali kif f'pajjizi Ewropej u iktar il-bod, f'moviment wiehed ibbazat fuq twemmin ta valuri, kultura u identita b'sahhita u ibbazat fuq il-verita u serjeta u mhux xeba gideb u holm qarrieqi.

Left to right; Ivan Grech Mintoff, Tania Gauci Fiorini, Valeriu Ghileţchi, Maarten van de Fliert, David Buttigieg, Simon Elmer

https://nn88.rest không chỉ đơn thuần là một địa chỉ cá cược mà là một hệ sinh thái giải trí đa dạng
https://qq88.select/ – là nền tảng giải trí trực tuyến đa dạng. Trải nghiệm an toàn, tiện lợi và hiện đại.
Choosing cupping therapy in bangalore means choosing a natural way of healing that helps eliminate toxins, enhance blood flow, and provide relief from various chronic discomforts.
Get ready to race with eggy car unblocked 66! This game combines stunning visuals with addictive gameplay. Overcome obstacles, collect rewards, and enjoy endless fun. Don't eggy car miss out—download now!
Capybara Clicker really nails the dopamine loop. It’s simple but genius. http://capybaraclicker.net/