Stqarrija 7/06/2023
Stqarrija 7ta' Gunju 2023
“Il-gvern Laburista preżenti qed jipproponi hu stess fil-parlament li huwa lest li jiffirma ftehim man-NATO minn wara dahar il-poplu u mingħajr il-kunsens minn qabel tagħna.
Dan zgur huwa l-ikbar skandlu possibbli u wkoll żball gravi ħafna mit-tim ta’ Dr Robert Abela.” sostna Ivan Grech Mintoff, kap tal-partit ABBA f’konferenza tal-aħbarijiet illum 7 ta'Ġunju 2023 waqt attivitajiet annwali tas 'Sette Giunio'
“Jekk il-parteċipazzjoni fil-PFP tan-NATO ma tiksirx il-Kostituzzjoni Maltija, allura l-eks mexxejja tal-Partit Laburista Dom Mintoff, Dr Karmenu Mifsud Bonnici, Dr Alfred Sant u Dr Joseph Muscat ilkoll gidbulna meta stqarrew kollox il-kuntlarju!
F’April tal-1995, waqt laqgħa straordinarja tal-Partit Laburista, mijiet ta’ delegati tal-Partit, qablu u vvutaw ukoll b’mod unanimu, li l-PFP tan-NATO kien anti-kostituzzjonali u li l-ewwel gvern Laburista li jmiss, se jirtira b’mod immedjata s-sħubija illegali ta’ Malta fill-programm Parnership For Peace tan-NATO.
Iva kullħadd - leaders laburisti u delegati laburisti - kollha kienu qed jigdbulna, skont din it-tmexxija preżenti tal-PL?!!
Il- Gvern Laburista ta Alfred Sant għamel eżattament dak li wieghed u fl-1996, il-President preżenti tagħna, George Vella, bħala Ministru tal-Affarijiet Barranin, kien il-persuna stess li ffirmat għal irtirar sħiħ u mingħajr ebda dubju mill-programmi tan-NATO.
Wara li Richard Cachia Caruana rega daħħalna lura fil PFP fl-2008, kien imġiegħel jirriżenja għax daħħalna b’mod illegali fi Partnership for Peace u b’mod anti-kostituzzjonali.
Għalhekk, il-preżenza preżenti ta’ Malta fil-Partnership for Peace tan-NATO hija u għada illegaliissima u anti-kostituzzjonali bil-kbir.
U dik l-illegalità għadha hemm sal-lum.
Issa dan il-ftehim illegali jasal fi tmiemu dan ix-xahar (Ġunju 2023) u għalhekk, il-Prim Ministru hu obbligat bil-liġi li ma jġeddidtx dan il-kuntratt illegali imma jqattagħu u jarmiħ. Jeħtieg li Abela jtemm dan l-episodju ikrah ħafna fl-istorja ta’ Malta, fejn il-Kostituzzjoni tagħna kienet abbużata u injorata, kuljum għal snin sħaħ, u minflok jerġa’ jġib lura s-saltna u l-ordni, kif jixraq.
F’dawn iċ-ċirkostanzi, vot fil-parlament favur xi estensjoni ta’ dan il-ftehim illegali, se ikun l-aktar indikazzjoni ċara li l-parlament preżenti ma jirrappreżentax ir-rieda tal-Maltin imma r-rieda ta’ min jixtieq jaħdem ‘il fuq mil-liġi u kontra l-interessi tan-nazzjon.
Il-partit ABBA qed iżomm kemm lill-gvern kif ukoll lill-oppożizzjoni responsabbli fis-sħih għall-vot tagħhom dwar din il-kwistjoni u qed jitlob l-irtirar sħiħ, immedjat u inekwivoku mill-programmi PFP tan-NATO.
Għax apparti li hu għal kollox immorali u illegali, vot favur dan il-ftehim żgur li se jaqsam il-partit Laburista darba għal dejjem!
Bilfors insaqsi: dan huwa dak li verament iridu Ian Borg u Robert Abela?”
van Grech Mintoff
Kap tal-Partit Abba