top of page
IMG_20230514_204757.jpg
IMG_20230514_204757.jpg

Stqarrija 12/05/2023

Stqarrija 12 ta'Mejju 2023

 

Qatt ma ġejna kkonsultati dwar l-abort minkejja l-istedina li kienu għamlulna. - Partit ABBA

 

”Hija gidba oħra, f’sensiela sħiħa ta’ gideb, li l-Prim Ministru Robert Abela u l-ministru Fearne qedin jippromwovu, biex jiġġustifikaw il-kilba tagħhom sabiex jimponu l-abort fuqna l-Maltin, mingħajr ebda mandat u kontra r-rieda tan-nazzjon.

 

Qatt ma ġejna kkonsultati dwar l-abort minkejja l-istedina li kienu għamlulna.

 

F'Malta kulħadd jaf li l-partit ABBA kif ukoll il-grupp “Abortion in Malta? Not in my Name!” laqgħu l-istedina li għamlilna il-Prim Ministru stess biex niltaqgħu u niddiskutu miegħu t-tħassib u l-proposti ta' 38 elf membru tagħna, fuq dan l-att. Il-Maltin ma jriduhx kif inhu mahsub.

 

Minkejja li ppruvajna diversi drabi biex nikkuntattjaw lill-Prim Ministru b’mod dirett, huwa rrifjuta apposta li jwieġeb, aħseb u ara kemm iltaqa’ magħna.

llum qed nuru evidenza ta’ tliet attentati biss minn dawn it-tentattivi:

 

- Telefonata lill-uffiċċju ta l-ufficju tal-Prim Ministru,

- Telefonata lill-wieħed minn nies qrib tal-Prim Ministru u

- Telefonata lill-Prim Ministru nnifsu fuq il-mobile tiegħu stess.

 

Ħadd ma rritorna t-telefonati tagħna aħseb u ara kemm ltaqa' magħna!

 

Il-partit ABBA ghalhekk qed jagħti parir lill-ministru Fearne biex jieqaf jigdeb lin-nies b’mod daqshekk sfaċċat u jwissieħ ukoll li l-poplu issa verament xebgħa minn dan l-abbuż kollu ta’ poter u gideb.

 

Jekk il-gvern ser jibqa' jinsisti u jimponi dan l-abort illegalment fuqna, allura huwa inevitabbli li l-partit Laburista nnifsu ser ibati ħsara irreparabbli. Għax ma tistax tkun laburist u tħalli l-abort jidħol f’Malta.

 

Agħar minn hekk, jekk ir-rappreżentanti tagħna jivvutaw kontra r-rieda tal-poplu u jħallu din il-liġi tgħaddi, ser ikun sinjal ċar li dan il-gvern jirrappreżenta interessi oħra għajr tal-poplu Malti. Ikun is-sinjal ċar, biex il-Maltin fl-aħħar iqumu flimkien u jingħaqdu kontrihom, sakemm ineħħihom mill-poter malajr kemm jista jkun darba ghal dejjem."

 

Ivan Grech Mintoff

Kap tal-Partit Abba

bottom of page