top of page
Writer's pictureStevey Ellul Bonici

It-Tnedija tal-partit ABBA

Għadu kif ġie mniedi l-partit politiku ABBA li se jkun qed jikkontesta l-elezzjonijiet ġenerali li ġejjin, wara li għelbu azzjoni diskriminatorja mill-Kummissjoni Elettorali, li fil-bidu kienet irrifjutat ir-reġistrazzjoni tagħhom. Dan kien oġġezzjonat permezz ta’ protesta ġudizzjarja li ġiet ppreżentata fil-qorti mill-partit. Il-Kummissjoni Elettorali eventwalment irreġistrat lil ABBA bħala partit politiku.


Il-Kumitat Eżekuttiv tal-ABBA huwa magħmul minn Ivan Grech Mintoff (Mexxej), Matthew Grech (Segretarju), Romina Magro (Teżorier), Alexander D’Agata (Membru) u David Vella (Membru).


ABBA jaħdem għar-restawr ta’ dak li nsteraq mingħand il-poplu Malti minn istituzzjonijiet barranin u governanza irresponsabbli Maltija matul l-għexieren ta’ snin li għaddew, u biex jara l-pajjiż restawrat lura liċ-ċittadini tiegħu. Skont is-segretarju tal-Partit, Matthew Grech, il-fidi komuni f’Ġesù Kristu fost il-Membri tal-Kumitat Eżekuttiv hija l-mutur wara d-destinazzjoni tal-partit.


Waqt it-tnedija, il-Membri tal-Kumitat żvelaw il-Pjattaforma Politika tal-partit li tenfasizza l-kampanja tal-ABBA għall-elezzjonijiet tal-2022. Il-pjattaforma tinkludi: 1) Dritt għall-Ħajja, 2) Kwalità tal-Ħajja, 3) Ġustizzja, Liġi u Ordni, 4) Libertà għall-Individwu, u 5) Sovranità.


Romina Magro bdiet billi ppreżentat id-‘Dritt għall-Ħajja’ bħala l-punt dominanti tal-pjattaforma. Hija spjegat li ABBA għandu l-għan li jiddefendi d-dritt primarju u fundamentali għall-ħajja, skont l-Artikolu 33 tal-kapitlu erbgħa tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, li jgħid li “Ebda persuna m’għandha tiġi mċaħħda intenzjonalment minn ħajjitha”. Is-Sinjura Magro saħqet li kemm l-abort kif ukoll l-ewtanasja jmorru kontra l-Kostituzzjoni ta’ Malta u huma omiċidju volontarju. "L-ebda nazzjon li joqtol it-trabi tiegħu mhu se jgħix", qalet is-Sinjura Magro, "peress li l-abort għandu konsegwenzi negattivi serji fuq in-nazzjon, speċjalment fuq il-valuri u d-dinjità tan-nisa." Is-Sinjura Magro kompliet saħqet li hija gidba li ħafna jgħidu li l-abort isir bil-għan li “jissalvagwardja s-saħħa tal-mara”, u tenniet li l-ġuf għandu jkun post sigur li jipproteġi lit-tarbija.


Is-Sinjura Magro ppreżentat ukoll it-tieni punt fil-pjattaforma: ‘Dritt għall-Ħajja’. Qalet li minħabba l-inġustizzja u l-korruzzjoni fl-istabbilimenti tal-Gvern tagħna, il-familji Maltin ma jistgħux jgħixu kwalità ta’ ħajja diċenti u tajba. Hija qalet li minħabba l-inġustizzja u l-korruzzjoni fl-istabbilimenti tal-Gvern tagħna, il-familji Maltin ma jistgħux jgħixu kwalità ta’ ħajja deċenti u tajba.Is-Sinjura Magro semmiet ukoll li peress li l-Gvern qed jiftaħ il-bibien tiegħu għal ħafna barranin, numbru kbir ta’ min iħaddem qed iħallas lill-impjegati tiegħu pagi baxxi. Hija kompliet tgħid li l-Maltin qed jitħabtu wkoll biex jixtru dar minħabba żieda fil-prezzijiet tal-bini u b’hekk wieħed ma jaffordjahomx. Is-Sinjura Magro qalet li l-Gvern ma jistax jibqa’ jgħin lis-sinjuri biss għad-detriment tal-klassi tal-ħaddiema, u li governanza fqira hija proprju li wasslet għall-grey-listing ta’ Malta. “Il-partit ABBA jrid bilanċ ġust u tmexxija serja u prudenti biex kemm is-sinjuri kif ukoll il-fqar igawdu ħajja komda u diċenti”, qalet is-Sinjura Magro.


It-tielet punt fil-pjattaforma, dak tal-Ġustizzja, Liġi u Ordni, ġie ppreżentat minn Alexander D’Agata. Is-Sur D’Agata saħaq li l-partit ABBA se jassigura li l-Qrati u l-parlament tagħna jkunu serji, onesti u trasparenti u li l-maġistratura u l-għażla tal-Kummissarju tal-Pulizija, tkun trasparenti wkoll. Żied jgħid li l-partit ABBA se jassigura li n-nies f’din il-pożizzjoni jintgħażlu skont il-merti u l-esperjenza tagħhom u mhux skont il-kulur politiku tagħhom. "Gvern sod jaf jirrenja u jibbilanċja... qorti soda u trasparenti hija soċjetà ħielsa u Gvern b'saħħtu" huwa qal.


Il-Libertà tal-Individwu kien ir-raba’ punt, ippreżentat mis-Sur D’Agata. Is-Sur D’Agata esprima li d-drittijiet tan-nies ma jingħatawx lilhom minn partit jew organizzazzjoni politika, iżda minn Alla nnifsu. Qal li dawn id-drittijiet mhux qed jiġu protetti/salvagwardjati saħansitra lanqas biss qed jissemmew fil-Parlament Malti, u li, b’riżultat ta’ dan, dan l-aħħar ilna naraw ħafna individwi jitilfu l-impjieg, lockdowns infurzati fuq nies b’saħħithom, nies miżmuma f’detenzjoni, u b'mod diskriminatorju ħafna, biex insemmu biss ftit atti inġusti. Żied jgħid li l-preżenza ta’ ABBA fil-Parlament l-ewwel se taħdem biex temenda l-leġiżlazzjoni favur il-ħajja sabiex tikkodifika l-protezzjoni tal-ħajja mill-konċepiment fil-Kostituzzjoni nnifisha. Is-Sur D’Agata qal ukoll li bħala partit Konservattiv, ABBA se jaħdem biex jintroduċi leġiżlazzjoni li timmudella l-assistenza lil nisa tqal fi kriżi. "ABBA se jiġġieled għalikom ilkoll, u għall-viżjoni tagħna li nżommu d-demokrazija ħajja," qal is-Sur D'Agata.


Matthew Grech introduċa s-Sovranità bħala l-ħames u l-aħħar punt fil-pjattaforma politika, u enfasizza li l-Kostituzzjoni ta’ Malta hija l-ogħla liġi f’Malta, li tirbaħ fuq il-liġijiet l-oħra kollha. “Il-Parlament Ewropew qed jiddikjara b’mod miftuħ il-gwerra kontra l-Kostituzzjonijiet tal-Istati Membri Ewropej kollha”, qal is-Sur Grech. Żied jgħid li l-Parlament Ewropew qed jipprova jimponi liġijiet, bħall-abort u l-ewtanasja, fuq Malta. Malta għandha tagħmel ħilitha biex tippreserva l-kapaċità sovrana tagħha li tiddeċiedi l-futur tagħha stess, u dak taċ-ċittadini tagħha, qal is-Sur Grech. ABBA qed imexxi relazzjonijiet internazzjonali strateġiċi li żgur li jsaħħu l-pożizzjoni ta’ Malta ma’ nazzjonijiet konservattivi influwenti. Is-Sur Grech kompla rrimarka li skont statistika tal-Gvern, inħarġu 300 visa kuljum mill-Konsulat Malti fil-Libja lill-immigranti għal 14-il xahar konsekuttivi, li jammontaw għal 88,000 visa. “Dan jimponi theddida għas-sigurtà nazzjonali tagħna. Il-bejgħ tal-passaporti huwa wkoll ta’ ħsara għall-interess nazzjonali tagħna u ċ-ċittadinanza tagħna Maltija qatt m’għandha tkun għall-bejgħ fis-suq.”


It-tnedija ġiet magħluqa mill-Kap tal-Partit, Ivan Grech Mintoff.Huwa afferma li mill-konċepiment, Alla jpoġġi l-Ispirtu u d-DNA Tiegħu fina lkoll.Għal din ir-raġuni, Grech Mintoff qal li l-ħeġġa hija qawwija biex ABBA jiġġieled kontra liġijiet u politika ta’ ħsara u fatali li qed jiġu imposti fuq iċ-ċittadini Maltin minn organizzazzjonijiet barranin u politiċi tiraniċi lokali, li jġibu kultura tal-mewt. Grech Mintoff ħareġ bil-qawwi kontra l-indottrinament tal-ġeneri fl-iskejjel fejn it-tfal qed jiġu ddettati lilhom mill-edukaturi tagħhom, kontra l-kunsens u t-twemmin tal-ġenituri, dwar liema pronomi għandhom jużaw meta jindirizzawhom. “Aħna wlied id-Dawl u mhux id-dlam. Imsaħħa mill-qawwa interjuri tagħna li hija fuq kollox, fl-elezzjoni li ġejja, ABBA se jagħmel ‘l-istorja tiegħu,l-istorja’”, irrimarka.


209 views0 comments

Comments


bottom of page