top of page
Writer's pictureStevey Ellul Bonici

F'Malta jsiru 400 abort fis-sena u l-ebda azzjoni ma' ttieħdet mill-PM Robert Abela - Filmat




Il-Prim Ministru ta' Malta Robert Abela waqt intervista ma' The Times of Malta qal illi f'Pajjiżna jsiru mal 400 abort fis Sena.


Huwa xokkanti l-fatt li Robert Abela jaf b'dan kollu u jibqa passiv u jonqos minn dmirijietu bħala Prim Ministru meta jaf li dan huwa qtil ta' ħajjiet innoċenti u li jmur kontra l-liġi ta' pajjiżna.


Fl-istess intervista il-PM isemmi il-Pulizija ta' Malta meta qal li, "dawn idawwru wiċċhom naħa, il-poplu n-naħa l-oħra u jien inbaxxi rasi l-isfel għax kulħadd komdu"

Meta mistoqsi fuq l-abort Robert Abela jgħid illi m'għandux mandat biex idaħħal l-abort f'Malta iżda jiem biss wara dik l-intervista Chris Fearne ħabbar li fil-21 ta Novembru 2022 se jintavola amenda u eventwalment isir tibdil fil-liġi ta'l-abort. Amenda illi tiftaħ u tgħati lok għal abort sfaċċatament u b'hekk isir legali.





Dan kollu juri li il-Prim Ministru ta' Malta Robert Abela mhux qed jaqdi dmirijietu u se jdaħħal emenda li tbiddel il-liġi ta l-abort kontra it-rieda tal-Maltin.






150 views0 comments

Comments


bottom of page