top of page

ABORT - Il-Gvern ta' Robert Abela b'Nasba fuq il-Poplu Malti - [filmat]



Il-Kap tal-Partit Abba Ivan Grech Mintoff flimkien ma' l-Eżekuttiv isostnu li il-Gvern ta'Robert Abela m'għandux mandat fuq l-abort (filmat hawn taht).


Xokkanti l-fatt kif dan il-Gvern jibqa jinsisti u irid b'xi mod jew ieħor mingħajr mandat idaħħal l-abort kontra r-rieda tal-Maltin u bi ksur tal-kostituzzjoni ta'Malta. Dan spjegah tajjeb Ivan Grech Mintoff fuq filmat li tella aktar kmieni fuq facebook.




In-Nasba Tal-Gvern fuq il-Pro-lifers

Dan l-aħħar rajna kif Chris Fearne u Robert Abela ressqu l-amenda fuq il-liġi ta' l-Abort ibbażata fuq gidba. Amenda li ġiet imħawwra fuq storja tal- koppja Prudente, u wara li ġiet preżentata l-amenda ħareġ bil fatti li Prudente QATT ma kienet fil-periklu tal-mewt.

Il-Gvern ta'Robert Abela beda jħossu skomdu għal fatt li l-amenda ġiet ibbażata fuq storja u mhux fuq fatti u dan wassal sabiex titfassal nasba.

Jider li xi nies u Gruppi tal-Pro-life gew ingannati u mħajjra joħolqu petizzjoni sabiex jinbidel xi kliem fl-amenda li t-tifsira tahha tibqa l-istess u twassal għal Abort xorta. Din il-petizzjoni se twassal biex il-Pro-lifers stess se jkunu qegħdin jagħtu 'mandat' lil-Gvern sabiex l-amenda tidħol fis-sehh b'ingann.


Twissijja

Il-Kap tal-Partit Abba u fondatur tal-grupp 'Abortion in Malta? not in my name' Iwissi li kull min jiffirma din il-petizzjoni qed jagħti 'appoġġ-mandat' lill Gvern u b'hekk ikun qed japprova' l-amenda sabiex l-abort jiddaħħal ! Kull min hu Pro-life qatt m'għandu jaċċetta li jkun hemm xi amendi jew tibdil fil-ligijiet ta'Pajjiżna fejn jidħol l-abort.


Kawzi l-Qorti

Il-Partit Abba beda jiġġieled b'kawzi fil-qorti minn xhur ilu u mhux se jċedi sakemm din il-ġlieda tintrebaħ u ma tiddaħħal l-ebda liġi abortiva. Appell Kull min jixtieq b'xi mod jgħin lill Partit Abba sabiex ikompli l-ġlieda fil-Qrati kontra kull min irid il-qtil ta'trabi innoċenti jista jgħamel kuntatt fuq info@abba.mt



 
 
 

2 Comments


abel james
abel james
Nov 29, 2025

The visuals highlight ragdoll archers in the middle of dramatic physics effects like exaggerated falls and spinning limbs

Edited
Like

Bowl 25 Retro
Bowl 25 Retro
Aug 07, 2025

Whether you're a casual gamer or a football fanatic, Retro Bowl delivers big play moments in a bite-sized, browser-friendly package. Best of all? It’s completely free to play online — no sign-ups or installs required.

Like

+356 798 798 79

  • Facebook
  • Instagram
  • Twitter
  • TikTok

© 2021 ABBA

bottom of page