top of page

ABBA - Il-liġi ta' l-abort: Kawża u Referendum




F’konferenza stampa li saret illum barra l-parlament Malti l-kap tal-partit ABBA stqarr:


“Wara sensiela ta’ gideb, logħob bil kliem u ingann li ilu ġej minn qabel l-elezzjoni, ir-rappreżentanti tagħna fil-parlament, il-bieraħ ittradewna kompletament u issa għamlu l-pożizzjoni reali tagħhom ċara ħafna.

It-42 ivvutaw biex ikomplu jippruvaw jillegalizzaw xi ħaġa li l-maltin qalulhom biex lanqas jiddiskutu aħseb u ara jivvutaw għaliha! Għamlu dan kollu kontra r-rieda tal-Maltin u kontra l-mandat li inagħtalhom.


Minn issa, dawk l-42 jirrappreżentaw lil-abort. Mhux lilna.”

Ivan Grech Mintoff, il-mexxej tal-partit, kompla jgħid: “Issa li għamiltu ċara l-pożizzjoni tagħkhom, ma fadal xejn ħlief li l-partit ABBA jistenna li din il-liġi dijabolika tiġi imposta minnkhom fuq il-Maltin kontra r-rieda tagħna. Malli jsehh dan, ser nisfidaw il-leġittimità tagħha fil-qorti kif ukoll nagħtu bidu għall-kampanja ta’ ġbir ta’ firem għal referendum abrogattiv fejn ser nitolbu lill-poplu Malti biex iqatta’ din il-biċċa leġizlazzjoni faxxista.


Ser nerġaw nieħdu lura l-poter mingħand dawk li aħna fdajna u li abbuzaw b'mod dittatorjali minn din il-fiduċja.

Qed nitolbu lill-partiti kollha, NGOs, knejjes, organizzazzjonijiet u individwi li jemmnu fis-saltna tal-liġi u ordni, li bħalna jridu d-demokrazija restawrata f’dan il-pajjiż biex jikkuntattjawna minnufih, qabel ma nibdew u biex flimkien inkunu parti dik il-bidla li Malta tant teħtieġ permezz tad-dritt demokratiku tal-poplu għal referendum.”










150 views4 comments

4 Comments


Unknown member
Dec 20, 2022

Iz-zmien mhux biss ser itina parir izda ser iwaqqa għan-nejk lilek u lill dawk kollha li qed jgħidu li din hija liġi biex jiddaħħal l-abort. L-artiklu li jgħid li l-abort hu illegali għadu hemm u ser jibqa hemm u min jagħmel l-abort ikun qed jagħmel dan bi ksur tal-liġi u jesponi ruħu għall-akkuzi kriminali li jġorru magħhom piena karċerarja.

Like
Unknown member
Dec 21, 2022
Replying to

L-artiklu biss huwa kitba fuq bicca karta. Fil-ligi kif inhi proposta, iva se jiddahhal l-abort minn taht, bit-taparsi sahha u mhux sahha tal-mara. Sahha li tista tfisser kollox, anke jekk il-mara tghid li hi container kif intqal minn wahda fuq it-TV.

Like
bottom of page