top of page

Partit ABBA jħalli kartolina b'messaġġ lill Robert Abela - Stqarrija 15/12/22



Għat Tieni sena konsekuttiva l-Partit ABBA poġġa l-Presepju tal Milied fid-daħla tal-Belt Valletta ma ġenb il-Parlament. Din is-sena b' differenza! Il-Kap tal-Partit ABBA, Ivan Grech Mintoff qal li din id-sena ma ġenb il-Presepju tpoġġiet kaxxa ta' l-ittri u stieden lil pubbliku biex kull min jidħol il-Belt Valletta jħalli messaġġ lill Prim Ministru Robert Abela li ma rridux l-abort f'Malta. Ivan Grech Mintoff flimkien ma' membri ta l-eżekuttiv u nies oħrajn li kienu ghadejjin ħallew il- messaġġ tagħhom fuq kartolina jew sempliciment anke karta: "Abortion in Malta? Not in my name!".

Stqarrija;

Għaxar t'ijiem oħra se niċċelebraw il-Milied: it-twelid ta' dik it-tarbija - Ġesu Kristu - li ġiet fid-dinja. L-ikbar twelid li l'Maltin jiċċelebraw.

Sadattant quddiem il-Parlament għandna il-Christmas tree, għandna il-presents sbieh u m'għandna l-ebda xbiha ta' tradizzjoni Maltija, tal-presepju.

U filwaqt li ahna qed niċċelebraw l-ikbar twelid li qatt sar u li affetwa d-dinja kollha, il-parlamentari tgħana qed jitrattaw kif ħa jeqirdu trabi Maltin f'ġuf ommhom!

Aħna, l-Partit ABBA dan ma naccettawħx. ġejna hawnhekk u armajna l-presepju biex niccelebraw il-Milied b'mod Malti u ma' joffendi lill ħadd, u qedin nistiednu n-nies biex jiġu hawnekk u jitfaw karta b' messaġġ lill Prim Ministru sempliciment bil kliem "Abortion in malta? not in my name!" - bħal ma ħa ngħamel jiena issa - u jitfawa fil-kaxxa hdejn il-presepju. Aħna nwegħdu li nibgħatu x-xewqat tghakhom - il-Maltin li huma kontra din l-emenda fuq l-abort u li huma kontra l-abort f'Malta - lill Prim Ministru ta'Malta. Għax il-Maltin ma' jridux l-abort f'Malta u l-Prim Ministru m'għandux mandat bex idaħħal l-abort. U dak li jrid jgħamel fil-Parlament mhu xejn ħlief Abort bħal ma anki ġie kkonfermat minn ħafna laburisti kbar fil-Partit Laburista nnifsu.

Nispera li l-PM jisma din il-karba tal-poplu Malti: li aħna ma'rridux l-abort tieghu f'Malta u nfakruh li minjejja diversi message u telefonati ghadna ma hadniex risposta ta’ meta huwa serr jiltaqa mghana biex niddiskutu l-emenda tieghu. Mhux denju ta Prim ministru li l-ewwel jistidinna biex nidjalogaw u wara jinjora t-telefonati u massagi taghna…

Nistiednu lil kulħadd ta' rieda tajba f Maltabiex jig hawn u flimkien mghana jibgħat messaġġ ċar lill PM ta'Malta dan il-Milied imqaddes u f’isem dawk li m’ghandhomx lehen biex jiddefendu rwiehom min mewta kiefra u bla bzonn. U dak il-messagg irid ikun:

“Abortion in Malta? Not in my name!”




149 views1 comment
bottom of page