L-ebda stazzjon ma jxandar stqarrija stampa tal-Partit Abba fuq l-emenda li twassal għal Abort
- Stevey Ellul Bonici
- Dec 8, 2022
- 2 min read

Wara li l-Ministru tas-saħħa Chris Fearne ħareġ bl-emenda fuq il-liġi kriminali li tiftaħ għall abort, il-Partit Abba irreaġixxa bi stqarrija stampa. ( Stqarrija iktar l-isfel)
Fil-preżent din l-emenda li twassal għall Abort hija suġġett li qed jitkellem kulħadd dwaru u li l-Partit Abba qed jaħdem bi sħiħ biex ma jidħolx f'pajjiżna.
Fil-fehma tal-Partit l-istqarrija kienet waħda ta' Aħbar u mportanza Nazzjonali, kemm minħabba s-suġġett kif ukoll fi żmien li nħarget, iżda l-medja lokali għażlu li ma jxandruwiex. Dan l-aġir juri kemm il-midja Maltija hija żbilanċjata, nieqsa mill fatti u r-rispett lejn min isegwiha.
"Press release min Partit ABBA dwar l-emenda tal-Kodiċċi Kriminali (abort)"
22 ta' Novembru 2022
Wara snin ta’ gideb sfaċċat u logħob bil-kliem mill-Prim Ministru Malti Robert Abela, l-ministru tas-Saħħa Christopher Fearne, Helena Dalli u oħrajn, il-kabinett Laburista approva u llum ressaq mozzjoni biex l-abort jiġi impost fuq il-poplu Malti “minn go t-tieqa” u kontra r-rieda tagħna.
Ir-rieda tal PL issa hija ċara. It-tmexxija tal-PL qiegħda fuq in-naħa tal-barrani li jridu jimponu l-abort fuq in-nazzjon tagħna bilfors .l-pożizzjoni tagħhom hija kontra r-rieda tal-poplu Malti.
Ahna l-Maltin ma rridux is-saħta tal-abort fuq in-nazzjon tagħna u fuq uliedna u din il-pożizzjoni hija mil-aktar ċara: f’kull stħarriġ u kull vot tal-poplu - kemm anzjani kif ukoll taż-żgħażagħ tagħna anke fil-parlament innifsu), Ħadd u qatt minnha ma vvota biex l-abort jiġi legalizzat f’Malta. Anzi l-oppost!
Intant, il-kap tal-oppożizzjoni (li huwa legalment u moralment obbligat mill-istatut tal-partit tiegħu stess li jopponi u jitkellem b’mod minnufih u f’kull okkazjoni) baqa’ sieket tul il-ħin kollu. F'għajnejn il-poplu Malti, nazzjonalisti inklużi mela, in-nuqqas serju ta' azzjoni tiegħu, fuq kwistjoni daqstant importanti ta' ħajja u mewt ta' ħajjiet Maltin, Dr Bernard Grech huwa awtomatikament kompliċi f'din l-impożizzjoni barranija u s-sinjali diġà jindikaw li l-PN ser ikun qed jivvota wkoll favur din il-legalizzazzjoni tal-abort u kontra x-xewqat taghna.
Il-maskri kollha fl-aħħar waqgħu. Dak kollu ilna nizvelaw ghal snin u li intom kollha dejjem ċħadtu, issa jinsab fil-beraħ u fid dawl.
Il-partit ABBA jfakkar lil Abela, Fearne u llil-Grech li MA GĦANDHOMX IL-MANDAT TAL-POPLU biex jiddiskutu aħseb u ara jivvutaw fuq tali emenda li l-poplu wera bla ebda dubju li ma jridx.
Il-parlament huwa tal-poplu u mhux biex ir-rappreżentanti tagħna jużawħ b’mod illegali, abbuziv u biex jiksru l-ogħla liġijiet tal-pajjiż kif iridu u jaqbel lilhom. Qedin tabbużaw mill-fiduċja tan-nies fikhom u qedin tittrattawna ta’ imbecilli ubbidjenti. Issa bizzejjed!
Il-partit ABBA ipoġġi lill-Prim Ministru, ministru tas-saħħa u kap tal-oppożizzjoni fuq twissija serja li fil-ġimgħat li ġejjin, ser nkunu qedin nieħdu l-passi kollha meħtieġa mogħtija mil-liġi biex inwaqqfu dan l-abbuż kollhu tad-drittijiet tagħna u tad-demokrazija. Sejrin inreġġgħu lura l-ħsara li qedin tagħmlu fuq il-Maltin u fuq Malta. Irridu d-dinjità, id-demokrazija u d-drittijiet kollha lura u ħa nibqu naħdmu bla waqfien sakemm niksbu dan kollu u nneħħukhom milli tibqaw tirrappreżentawna iktar.
Một nhà cái uy tín không chỉ mang đến trải nghiệm giải trí chất lượng mà còn đảm bảo an toàn tuyệt đối cho người chơi. Để chọn đúng nơi đáng tin, hãy bắt đầu từ Top 10 nhà cái uy tín – bảng xếp hạng đáng tham khảo nhất hiện nay.
Hello 88 – nhà cái dẫn đầu về trải nghiệm người dùng và bảo mật, mang đến dịch vụ cá cược tuyệt vời. Truy cập hello880 net để cảm nhận sự khác biệt thực sự.
Nền tảng cá cược đang gây sốt với tốc độ xử lý siêu mượt, kho game hấp dẫn và bảo mật hàng đầu – hãy Tải go88 để bắt đầu hành trình giải trí đỉnh cao tại hệ thống vgo88 net ngay hôm nay.
Đảm bảo trải nghiệm cá cược không giới hạn khi bạn đăng nhập ok365 thông qua Ok365xn com – tốc độ mượt, link ổn định và bảo mật cực cao cho mọi thành viên.
w 88 luôn đi đầu trong việc đổi mới công nghệ và nâng cao trải nghiệm người chơi. ghé ww88xn com để cảm nhận sự khác biệt.