top of page

Il-Partit ABBA jikkundanna l-imġiba tad-deputati Stefan Zrinzo u Micheal Farrugia

Updated: Jun 9, 2023



Il-Partit ABBA kkundanna dak li sejjaħ abbuż li seħħ waqt laqgħa li saret ilbieraħ tal-Kumitat Parlamentari għall-Kunsiderazzjoni tal-Abbozzi.


Fi stqarrija, ABBA kkundanna l-imġiba tal-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi u d-deputat Laburista Michael Farrugia għax qal li żammew lill-Kap tal-Partit Ivan Grech Mintoff milli jiddiskuti t-tħassib serju fuq abbozz ta’ liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali li għandu l-għan li li jippermetti uffiċjali tal-OHSA jagħtu kontribut fl-inkjesti maġisterjali, u jkunu evitati xogħol u spejjeż doppji fl-investigazzjonijiet li jsiru dwar inċidenti industrijali jew fuq il-post tax-xogħol.


Is-Segretarju Ġenerali tal-ABBA, Simon Elmer qal li minflok ħallew lill-pubbliku l-ħin allokat biex jitkellmu b’mod ħieles, dawn id-deputati ma semgħux il-proposti tas-Sur Grech Mintoff. ABBA jrid li tittieħed azzjoni dixxiplinarja fil-konfront ta’ dawn il-membri parlamentari

130 views0 comments
bottom of page