Il-Kummissjoni Elettorali Taqbel li Tirreġistra l-ABBA

Il-Kummissjoni Elettorali tibgħat tweġiba uffiċjali lil ABBA biex tgħid li r-reġistrazzjoni tal-partit issa ġiet aċċettata.

Wara laqgħa li saret fit-8 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni ddiskutiet l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-partit, billi kkunsidrat il-punti kollha mressqa mir-rappreżentanta legali ta’ ABBA. Il-Kummissjoni ġiet notifikata wkoll dwar il-Protest Ġudizzjarju ta’ ABBA mressaq kontra l-Kummissjoni Elettorali, li ġie skrutinizzat mill-avukati tal-Kummissjoni.

Fid-dawl tal-ittra u l-protest ġudizzjarju tal-ABBA, il-kummissjoni elettorali rtirat il-punti kollha li kienu użaw qabel biex jipprevjenu r-reġistrazzjoni tal-partit. Ir-reġistrazzjoni ta’ ABBA għalhekk ġiet ikkonfermata u miftiehma mingħajr ebda tibdil fl-istatut tal-partit u mingħajr dewmien ieħor bla bżonn.


ABBA issa huwa rreġistrat bħala partit politiku skont Kap. 544 tal-leġislazzjoni Maltija, b’effett mit-8 ta’ Ottubru 2021.




178 views1 comment