top of page

Emenda - Il-Prim Ministru miftuħ għad diskussjoni. Il-Kap tal-Partit Abba iwieġeb lura.



Il-Prim Ministru Robert Abela jaf li l-Maltin huma kontra l-abort u kontra kull amenda li twassal jew tista twassal għal abort, iżda xorta jibqa jinsisti li jrid dan it-tibdil fil-liġi tal-abort anki meta jaf li m'għandux mandat biex jagħmel dan.

Waqt li kien qed iwieġeb xi domandi il-PM QAL LI HUWA LEST GĦAD DISKUSSJONI iżda jgħid li id-diskusjoni ma tistax teħodna illi nneħħu wieħed mill-Prinċipji kardinali, il-protezzjoni tal-ħajja ta' l-omm u l-protezzjoni ta' saħħita minn periklu gravi.

Il-Kap tal-Partit Abba Ivan Grech Mintoff jibqa jsostni li l-Gvern ta' Robert Abela m'għandux mandat biex ibiddel il-liġi kriminali rigward l-abort, iżda lest li jilqa' l-istedina tal-PM anke jekk dan jaf li ma jistax jagħmel ebda bdil rigward l-abort. "Jekk verament irid diskussjoni serja, naċċertaħ illi nżomm bhala prijorita' is-saħħa u l-ħajja tal-mara kif ukoll dik tat-tarbija." sostna Ivan Grech Mintof waqt li issa qedin nistennew li din il- laqgħa tant mistennija sseħħ mil aktar fis.




Artikli Relatati hawn taht





163 views0 comments
bottom of page