top of page

ABBA jitlob għal riżenja tas-Segretarju Parlamentari ta'l-ugwaljanza Rebecca Buttigieg



Stqarrija Stampa ABBA 18/01/2023


Wara l'attakk dirett u xokkanti li sar mis-Segretarju Parlamentari ta'l-ugwaljanza Rebecca Buttigieg fuq il-knisja River of Love, il-Partit ABBA - li fiħ hemm membri li jattendu f'din il-Knisja Kristjana- jiċħad b'mod kategoriku u jgħid li din qeda tigdeb meta tgħid li ir- River of Love jippriedka il-mibgħeda.


Stqarrija bħal din min rapreżentant ufficjali tal-Maltin (li suppost tiddefendi l-ugwaljanza) hija purament “hate speech” fija nnifisa u hija inaċċettabli. Għalhekk qedin ninsistu bi sħiħ sabiex Rebecca Buttigieg issostni b’mod pubbliku fejn u meta il-knisja River of Love ippriedkat xi mibegħda, inkella qedin issa stess nitolbu l-Prim Ministru li jsaqsiha għar riżenja tagħha b'mod immedjat. Dan it-tip ta diskors pwerili mhux denju meta joħrog minn fomm rapreżentant tal-Gvern Malti.


Is-segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg hija obligata tiddefendi b’mod ugwali l-knejjes reliġjużi u l- “special characteristics” l-oħra kollha (u ta kuħadd!) bl’istess mod li hi tiddefendi l-”Gajjaġni”. Ma tista qatt tuża, tippriedka u xxandar hate speech hi stess u tikser il-liġijiet ta’ Malta bil-mod li diġa għamlet. Li għamlet m'huwa xejn ħlief mibegħda mill aktar faħxi u dittatorjali bil għan li tintimida l-Kristjani Maltin milli jopponu xi twemmin imponut fuqhom u li mur kontra t-twemmin tagħhom.


Infakkru wkoll li l-Kostituzzjoni ta'Malta li hija l-għola liġi f'Malta tinsisti li Malta huwa Pajjiż li jħaddan it-twemmin Kristjan. M'aħna ser naċċettaw l-ebda attakk fuq ebda twemmin Kristjan, Knisja Kristjana u Kattolika, għaqdiet reliġjużi, individwi u nsara nġenerali.


Għalhekk il-Partit ABBA jirriserva id-dritt legali li għandu biex jieħu passi kontra Rebecca Buttigieg fuq dan il-każ jekk fi żmien ġimgħa ma titlobx apoloġija pubblika lill Knisja River of Love u dawk li jitolbu u jattendu fiha.



236 views0 comments
bottom of page